Malta Public Transport
Airport

Servizz tal-Ajruport

Noperaw numru ta’ rotot li jwasslu mill-Ajruport għal diversi lokalitajiet f’Malta u viċiversa. Il-karozzi tal-linja fuq dawn ir-rotot kollha għandhom spazju għall-bagalji flimkien mal-konvenjenzi oħrajn li jinsabu fuq dawn il-vetturi.Ir-rotot tal-Ajruport huma indikati bl-ittra “X” segwita min-numru tar-rotta (ħlief għar-rotta X1A) u jaħdmu minn/lejn dawn il-lokalitajiet:

X1 Iċ-Ċirkewwa – Il-Marfa – Il- Mellieħa – Ix-Xemxija – San Pawl il-Baħar – Il- Qawra – Baħar iċ-Ċagħaq - Pembroke – Mater Dei – L-Msida – Il-Marsa – Ħal  Luqa – L-Ajruport
X2 San Ġiljan – Tas-Sliema – Il-Gżira – Mater Dei – L-Msida – Paola (Raħal Ġdid) – Ħal  Luqa – L-Ajruport
X3 Buġibba – Il-Qawra – Il-Mosta – L-Imtarfa – Ir-Rabat – Ta’ Qali – Ħ’Attard – Ħal Balzan – Birkirkara – Il-Marsa – Paola (Raħal Ġdid) –Ħal Luqa – L-Ajruport
X4 Il-Belt (Valletta) – Il-Furjana – Il-Ħamrun – Il-Marsa – Ħal Luqa – L-Ajruport – Ħal Far – Birżebbuġa

Is-servizz tal-linja jaħdem minn eżatt barra t-terminal tal-ajruport, kif taqsam it-triq mid-Departures Hall. Kif tasal, tista’ tixtri waħda mill-cards tagħna kif ukoll titlob aktar tagħrif dwar il-karozza tal-linja li jmiss għad-destinazzjoni tiegħek mill-Uffiċċju ta’ Tagħrif u Bejgħ (tagħna fl-Arrivals Hall).