Tallinja Card - Malta Public Transport

tallinja kard

Il-Card tat-transport personlizzata tiegħek

It-tallinja card hi card tal-karozzi tal-linja intelliġenti, imfassla biex tagħmililek aktar faċli tuża l-karozza tal-linja. Din il-card hi personalizzata bir-ritratt tiegħek u b’ismek fuqha, u tkun tista’ żżid il-kreditu fiha b’mod faċli onlajn, bit-telefown, mill-ħwienet tagħna jew minn kwalunkwe fergħa tal-MaltaPost. Il-kreditu tiegħek ma jiskadix.

Meta tuża t-tallinja card tiegħek tibbenefika minn nollijiet irħas milli meta tħallas fuq il-karozza tal-linja. Kull darba li titla’ fuq il-karozza kulma għandek tagħmel hu li tgħaddi t-tallinja card minn fuq il- magna tal-biljetti. In-noll jitnaqqaslek b’mod awtomatiku mill-kreditu disponibbli tiegħek. Daqshekk faċli u ferm aktar malajr!

Hemm tallinja cards u nollijiet differenti għat-Tfal, Studenti, Adulti, persuni bil-Kartanzjan, bi Special ID Card, u Residenti f’Għawdex.

Tallinja Card Adult

Adulti

Tallinja Card Child

Tfal

STUDENT

RESIDENTI F’GĦAWDEX

KONĊESSJONI

Meta tuża t-tallinja card tiegħek tibbenefika b’mod awtomatiku minn capping abbażi ta’ ġurnata waħda, ta’ ġimgħa jew ta’ xahar, skont it-tallinja card tiegħek. Dan ifisser li ladarba t-total tal-vjaġġi kollha tiegħek jilħaq ammont partikolari, ma tħallasx aktar għal vjaġġi li tagħmel għall-kumplament ta’ dik il-ġurnata, ġimgħa jew xahar (servizzi ta’ billejl esklużi). Aktar ma tivvjaġġa, aktar tiffranka!

Tariffi tar-reġistrazzjoni u tal-posta japplikaw. Soġġetti għal Termini u Kondizzjonijiet u għar-Regolamenti dwar is-Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri (SL.499.56)

Irreġistra għat-tallinja card tiegħek billi tagħfas hawn.

Tirreġistra għat-tallinja card tiegħek

Faċli tirreġistra għat-tallinja card tiegħek u tista’ tagħmel dan b’wieħed miż-żewġ metodi li ġejjin. Int ġentilment mitlub tipprovdi l-indirizz elettroniku u/jew in-numru tal-mowbajl li se jintużaw minna biex nikkomunikaw miegħek.

Billi ssegwi l-istruzzjonijiet tkun żgur li r-reġistrazzjoni tiegħek se tiġi pproċessata b’mod effiċjenti, mingħajr ebda dewmien. Nimpenjaw ruħna li l-card tintbagħatlek fi żmien ġimagħtejn mir-reġistrazzjoni.

  • Online: Agħfas hawn, segwi l-istruzzjonijiet sempliċi u imla d-dettalji meħtieġa. Xi dettalji huma obbligatorji għalhekk iridu jimtlew.

    Jekk għandek ID Card Maltija u tagħżel li tagħtina n-numru tad-dokument tal-e-ID Card tiegħek, ikun possibbli li nieħdu r-ritratt min-National Identity Database Management System jew mill-Car Licensing Database. Dan jiffaċilita l-ipproċessar tal-card tiegħek u jagħmlu l-proċess wieħed aktar mgħaġġel.

    F’każ li għandek kwalunkwe dokument ta’ identità ieħor, se tintalab ittella’ ritratt tiegħek u kopja tad-dokument tiegħek.

    Tariffa ta’ reġistrazzjoni ta’ €10 tapplika għall-cards kollha, flimkien mat-tariffi tal-posta rreġistrata u l-ammont minimu ta’ top up ta’ €20 biex tattiva l-card (imnaqqas għal €10 fil-każ ta’ tallinja cards għat-tfal u Concession). L-ammont tat-top up tal-kreditu se jkun jista’ jintuża minnufih malli tirċievi l-biljett. Il-kreditu tiegħek ma jiskadix.
  • Minn wieħed mill-Uffiċċju tas-Sales and Information: Tista’ tniżżel formola hawn. Jekk jogħġbok imla l-formola tal-applikazzjoni u pprovdi d-dokumenti kollha kif imniżżel fuq in-naħa ta’ wara tal-formola ta’ applikazzjoni u rritorna l-applikazzjoni mimlija f’wieħed mill-uffiċċji tas-Sales and Information tagħna. Se tkun qed tingħata wkoll irċevuta ladarba tirritorna l-applikazzjoni.

Hu importanti li taqra u tosserva l-istruzzjonijiet li jinsabu fuq il-formola tal-applikazzjoni.