Adult tallinja card- Malta Public Transport

tallinja card għall-adulti

Adult card

Adult card

It-tallinja card għall-adulti hi disponibbli għal kull min għandu bejn is-17 u l-59 sena (it-tnejn inklużi).

It-tallinja card għall-adulti hi ħadra u personalizzata bir-ritratt tiegħek u b’ismek fuqha u tkun tista’ żżid il-kreditu fiha b’mod faċli. Meta tuża t-tallinja card tiegħek tibbenefika minn nollijiet irħas milli meta tħallas fuq il-karozza tal-linja. Kull darba li titla’ fuq il-karozza kulma għandek tagħmel hu li tgħaddi t-tallinja card minn fuq il-magna tal-biljetti. In-noll ta’ kull vjaġġ ta’ 75 ċenteżmu jitnaqqaslek b’mod awtomatiku mill-kreditu disponibbli tiegħek sa massimu ta’ €26 fix-xahar (servizzi ta’ billejl esklużi).

Dan ifisser li ladarba tonfoq total ta’ €26 f’xahar, ma tħallasx aktar għal vjaġġi li tagħmel għall-kumplament ta’ dak ix-xahar. Daqshekk faċli! Aktar ma tivvjaġġa, aktar tiffranka!

Irreġistra għat-tallinja card tiegħek billi tagħfas hawn.