Tallinja Concession Card- Malta Public Transport

tallinja card għal min għandu Kartanzjan / ID 60+

Adult card

Adult card

Persuni li għandom Kartanzjan jew Karta tal-Identita' Maltija 60+ jistgħu japplikaw għall-Concession card.

Minn Lulju li ġej se jkun aktar faċli biex tivvjaġġa bit-trasport pubbliku permezz tal-karta l-ġdida, tallinja card. Din il-karta se tkun personaliżżata bir-ritratt tiegħek u b’ismek fuqha. Tista’ żżid il-kreditu fuqha faċilment online, bit-telefon, mill-ħwienet tagħna jew minn kwalunkwe uffiċċju ta’ MaltaPost. Il-kreditu tiegħek ma jiskadix.

Meta tuża t-tallinja card tiegħek tkun qed tgawdi minn nollijiet orħos milli meta tħallas direttament fuq il-karozza tal-linja. Kull darba li titla’ fuq il-karozza tal-linja, kull ma trid tagħmel huwa li tgħaddi t-tallinja card fejn indikat u n-noll ta’ 25 ċenteżmu jitnaqqaslek awtomatikament mill-kreditu tiegħek sa massimu ta’ 50 ċenteżmu kuljum jew €2 kull ġimgha.

Dan ifisser li la darba tonfoq total ta’ 50 ċenteżmu f’ġurnata jew €2 f’ġimgha, inti ma tħallasx għal aktar vjaġġi li tagħmel għall-kumplament ta’ dik il-ġurnata jew dik il-ġimgħa. Daqshekk faċli! Aktar ma tivvjaġġa, aktar tiffranka!

Irreġistra għat-tallinja card tiegħek issa billi tagħfas hawn jew billi ċċempel 2122 2000.