Malta Public Transport

L-Impjegati tal-Malta Public Transport jippreżentaw donazzjoni lill-Malta Community Chest Fund

29/12/2015

TTul ix-xahar ta’ Diċembru, l-impjegati tal-Malta Public Transport ġabru l-fondi b’risq il-Malta Community Chest Fund. Inġabar total ta’ €1625 minn fost l-impjegati tal-kumpanija li mbagħad ġie rduppjat mill-kumpanija biex it-total laħaq €3250.

“Il-Malta Community Chest Fund ilu li sar kolonna tas-soċjetà Maltija billi jappoġġja grupp kbir u varjat ta’ individwi u NGOs li hija r-raġuni li għaliha l-Malta Public Transport iddeċidiet li tappoġġja l-MCCF u dawk li jirċievu għajnuna mingħandu”, qal Daniel Grech, id-Direttur Kummerċjali tal-Malta Public Transport.

Grupp ta’ impjegati tal-kumpanija ppreżentaw iċ-ċekk lill-E.T. Marie Louise Coleiro Preca f’isem il-Malta Public Transport waqt L-Istrina.

Lura għall-aħbarijiet