Malta Public Transport

Mappa tar-Rotot tal-Malta Public Transport

10/02/2016

Illum il-Malta Public Transport varat mappa ġdida biex tgħin lill-passiġġieri jippjanaw il-vjaġġi tagħhom fuq in-network tat-trasport pubbliku.

Din il-mappa ġiet żviluppata minn Freytag & Berndt – kumpanija Awstrijaka li hija fuq quddiem fil-kartografija.

Il-mappa l-ġdida turi r-rotot kollha li jservu Malta u Għawdex kif ukoll il-waqfiet ewlenin,fejn taqleb minn rotta għal oħra (interchanges) u t-terminals. Kull rotta għandha l-kulur tagħha u bl-istess kuluri użati fil-waqfiet (bus-stops) u fuq midja oħrajn bħal Google Maps. Dan jagħmilha aktar faċli li l-passiġġieri jużaw il-mappa u biex isibu tagħrif dwar l-iskedi tal-ħinijiet li għadhom kif twaħħlu fil-waqfiet (bus-stops) kollha.

Il-mappa tista’ tiġi ddawnlowdjata mill-websajt tagħna u pprintjata skont kif ikun konvenjenti għall-klijent. Kopja ta’ din il-mappa tista’ tinkiseb ukoll minn xi wieħed mis-Sales and Information Offices tagħna il-Belt, Buġibba, l-Isptar Mater Dei, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, Il-Ferries f’Tas-Sliema u r-Rabat, Għawdex.

Barra minn dan, il-Malta Public Transport bdiet ukoll tittestja kważi 300 display installati f’diversi waqfiet ewlenin, l-interchanges u t-terminals f’Malta u Għawdex. Dawn id-displays jipprovdu tagħrif f’ħin reali dwar il-karrozzi tal-linja li jkunu qed joqorbu biex jieqfu fuq dak l-istejġ.

Aktar tagħrif dwar il-mappa u d-displays f’ħin reali jista’ jinkiseb billi ċċempel 2122 2000 jew tibgħat email lil enquiries@publictransport.com.mt.

Lura għall-aħbarijiet