30/12/2015
Il-Malta Public Transport se jkun qed jopera servizz speċjali bejn il-31 ta’ Diċembru 2015 u l-1 ta’ Jannar 2016 b’abbinament maċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel tas-Sena li se jsiru l-Belt Valletta. Dan is-servizz speċjali jaħdem sas-2:30 fl-1 ta’ Jannar.
It-trasport pubbliku jkun l-aktar mod konvenjenti biex wieħed jivvjaġġa lejn u mill-Belt u jevita l-problemi ta’ parkeġġ u jippermetti li wieħed jixrob b’mod moderat mingħajr ma jinkwieta dwar is-sewqan..
Il-pubbliku għandu jippjana l-vjaġġ bil-quddiem
Is-servizz jaħdem mill-Belt fil-ħinijiet indikati hawn taħt:
It-Terminus tal-Belt
|
Rotta
|
Destinazzjoni
|
A1
|
S13
|
Tal-Pietà – Il-Gżira – Il-Ferries, Tas-Sliema – San Ġiljan – Paceville
|
A2
|
S20
|
Tal-Pietà – L-Imsida – Rue D’Argens – L-Imrabat – San Ġwann – Il-Kappara
|
A3
|
S30
|
Tal-Pietà – L-Imsida – Skate park – Bypass – L-Iklin – il-Għargħur – in-Naxxar – il- Mosta – Burmarrad – Buġibba
|
A4
|
S40
|
Tal-Pietà – L-Imsida – Il-Wied ta’Birkirkara – Ħal Lija – il-Mosta – l-Imġarr (jekk mitlub)
|
A7
|
S41
|
Tal-Pietà – L-Imsida – il-Mosta – San Pawl il-Baħar – ix-Xemxija – il-Mellieħa – iċ- Ċirkewwa
|
A9
|
S50
|
Il-Ħamrun – Fleur de Lys – Ħ’Attard – ir-Rabat – l-Imtarfa (jekk mitlub) – Ħad-Dingli
|
A10
|
S60
|
Il-Ħamrun – il-Marsa – Ħal Qormi – Ħaż-Żebbuġ – is-Siġġiewi (jekk mitlub)
|
A11
|
S80
|
Il-Marsa – Paola (Raħal Ġdid) – Ħal Tarxien – iż-Żejtun – Ħal-Għaxaq – Marsaxlokk - Birżebbuġa
|
A13
|
S90
|
Paola (Raħal Ġdid) – il-Fgura – Ħaż-Żabbar – Marsaskala
|
A14
|
S10
|
L-Isla – Bormla – il-Birgu – il-Kalkara – ix-Xgħajra (jekk mitlub)
|
A15
|
S70
|
Ħal Luqa – Ħal Safi – iż-Żurrieq – l-Imqabba – il-Qrendi
|
Barra minn hekk, bħal fis-snin ta’ qabel, is-servizz tat-trasport pubbliku jħadderm servizz imnaqqas nhar l-Ewwel tas-Sena. Is-servizz jaħdem fuq l-iskeda ta’ nhar ta’ Ħadd. Il-karrozzi tal-linja jieqfu jaħdmu fil-ħin tal-ikel u l-aħħar servizz jitlaq bejn l-10:00 u l-11:30. Is-servizz jerġa’ għan-normal bejn it-15:00 u l-16:00. L-aħħar servizzi ta’ filgħaxija jieqfu fid-21:00. Is-servizzi ta’ billejl jaħdmu normali.
Akar tagħrif jinkiseb mill-Customer Care fuq 2122 2000.
Lura għall-aħbarijiet