Top Up Voucher - Malta Public Transport

Minn fejn tista’ tixtri top up voucher

Il-vouchers jistgħu jintużaw biex tittoppja t-tallinja card personalizzata tiegħek permezz tal-mowbajl tiegħek jew b’’xi telefown ieħor. Inkella, tista’’ tittoppja faċilment onlajn permezz tal-credit/ jew debit card tiegħek billi tagħfas hawn.

Hemm tliet tipi differenti ta’ vouchers, €5, €10 u €20. Il-vouchers jistgħu jinxtraw minn kwalnkwe Uffiċċji tas-Sales and Information, mill-fergħat tal-MaltaPost, u minn ħwienet ewlenin madwar Malta u Għawdex. Lista ta’ dawn il-ħwienet tinstab hawn.

Ladarba tixtri l-voucher tiegħek, igref il-parti mmarkata fuq in-naħa ta’ wara tal-voucher biex issib il-kodiċi. Dan il-kodiċi għandu jintuża biex tittoppja l-kreditu fuq it-tallinja card tiegħek.

Meta tittoppja onlajn se tintalab iddaħħal il-kodiċi fil-kaxxa mmarkata flimkien man-numru tiegħek ta’ l-klijent tiegħek. Jekk jogħġbok kun żgur li n-numri li ddaħħal humaikunu korretti.

Tista’ tuża wkoll dan il-kodiċi biex tittoppja permezz tal-mowbajl tiegħek. Ċempel 2099 1000 u segwi l-istruzzjonijiet. Se tintalab iddaħħal in-numru tiegħek tal-klijent, għalhekk żomm it-tallinja card tiegħek qrib. Se tintalab ukoll iddaħħal in-numru tal-voucher, li hu n-numru li għadek kemm kxift fuq in-naħa ta’ wara tat-top up voucher.

Wara li tuża xi wieħed mill-metodi msemmija hawn fuq tkun tista’ tuża l-kreditu fuq it-tallinja card tiegħek.